Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ħabbar li ġiet imħassra l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Birgufest li ppjanat li jsir fil-11 u 12 ta’ Ottubru li ġej.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Kunsill tal-Birgu qal li dan l-avveniment tal-massa mill-aktar popolari ġie kkanċellat għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà għall-pubbliku minħabba l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Madankollu, il-Kunsill qal li jħares ’il quddiem biex dan l-avveniment isir f’Ottubru tas-sena d-dieħla.