F’Awwissu li għadda, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali ammonta għal 957.
Dan ħareġ skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn intqal li dan huwa tnaqqis ta’ 34 kuntratt, meta mqabbel ma’ dak irreġistrat sena qabel.
Ħareġ li l-valur ta’ dawn il-kuntratti qabeż il-€264 miljun, li wkoll huwa tnaqqis meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.
Ix-xahar li għadda, ġew irreġistrati 1,000 konvenju u tfisser żieda ta’ 32, meta mqabbel ma’ dawk tas-sena l-oħra.
Ħareġ li bl-akbar ammonti ta’ kuntratti ta’ bejgħ ġew irreġistrati f’San Pawl il-Baħar, fil-Mosta, f’Birkirkara u l-Fgura.