Mil-lum, ix-xogħlijiet infrastrutturali b’rabta mal-organizzazzjoni mill-ġdid fi Triq Tal-Barrani u l-inħawi, hekk kif dawn jinsab fl-aħħar fażi.
Dan tħabbar fuq il-midja soċjali mill-aġenzija Infrastructute Malta qalet li mil-lum u għal ġimatejn li ġejjin daħlet fis-seħħ rotta temporanja fi Triq Bulebel. Dan bil-għan biex isir il-bini mill-ġdid ta’ Triq San Anard/Triq Il-Gudja.
Intqal li parti mis-service road fi Triq San Anard, fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żabbar jew il-Fgura, se tibqa’ tintuża bħala r-rotta prinċipali biex takkomoda spazju sigur għax-xogħlijiet tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Il-Gudja.
Intqal li vetturi misjuqa minn Ħaż-Żabbar jew Fgura se jgħaddu minn Triq Bulebel lejn Triq tal-Ħotba biex jipproċedu lejn Triq Tal-Barrani fid-direzzjonijiet lejn il-Belt jew Birżebbuġa.
Infrastructure Malta qalet li l-inżul kollu minn Triq San Anard lejn Triq tal-Barrani ser ikun magħluq.
L-aġenzija governattiva temmet tgħid biex dawn li jgħaddu mill-inħawi jsuqu bil-galbu u jsegwu t-tabelli.