Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li jappoġġja bis-sħiħ u jassoċja mat-talba tal-familja Gouder biex tingħata kull informazzjoni li tista’ tgħin lill-Pulizija Eżekuttiva u l-Maġistrat Inkwirenti b’rabta mal-mewt traġika tal-eks Deputat Parlamentari Karl Gouder.
Il-Partit Laburista tenna mill-ġdid is-solidarjetà li wera mal-familja Gouder hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Karl u jrid li l-fatti, is-sewwa u l-verità sħiħa joħorġu.
Intqal li Karl Gouder kien politiku rispettat minn kulħadd, dedikat lejn is-servizz li daħal għalih u lejn il-komunità u s-soċjetà Maltija. Ħadem bla ma qatt weġġa’ lil ħadd.
“Dan hu mument fejn il-maturità trid tipprevali daqs l-għaqda nazzjonali.”
Il-Partit Laburista reġa’ sellem il-memorja ta’ Karl Gouder.
Sadanittant anke l-Partit Nazzjonalista tenna s-solidarjetà tiegħu mal-qraba ta’ Gouder.
Ara wkoll: