Il-kowċ ta’ Melita FC Clive Mizzi kien magħżul bħala l-VBET kowċ tax-xahar għax-xahar t’Awwissu.
Clive Mizzi kiseb tnax il-vot minn total ta’ 24 sottomessi fejn eleġibli biex jivvutaw għal dan l-unur kien hemm il-captains tat-timijiet fil-Premier, team managers, membri tal-media kif ukoll il-kowċis tat-timijiet nazzjonali Maltin.
Il-kowċ ta’ Sliema Wanderers FC Paul Zammit kien it-tieni kowċ l-aktar ivvutat fejn kiseb total ta’ tmien voti.
Melita kellhom bidu mill-aqwa fl-avventura tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fejn kisbu draw ta 3-3 kontra Floriana FC, rebħa ta’ 2-1 kontra Marsaxlokk FC fit-tieni ġurnata filwaqt li kellhom partita sodisafaċenti fit-telfa ta’ 2-1 kontra ċ-ċampjins renjanti Ħamrun Spartans FC.
Branko Nisevic ta’ Hibernians FC, Darren Abdilla ta’ Floriana FC, Andrew Cohen ta’ Gżira United FC u Joao Janeiro ta’ Żabbar St. Patrick FC segwew.
Il-preżentazzjoni tal-aqwa kowċ tax-xahar saret minn Adam Calleja Urry Business Development Director ta’ VBet Malta.