Illum ġew iffirmati l-warrants ta’ 187 għalliema ġodda, li ftit tal-jiem oħra se jkunu qed jibdew jaħdmu fl-iskejjel wara li spiċċaw il-kors tagħhom b’suċċess.
Il-warrants ġew iffirmati mill-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.
F’post fuq Facebook, il-Ministru stqarr li hu kbur li dan il-Gvern kien, għadu u se jibqa’ jinvesti bis-sħiħ fl-edukazzjoni. Hu temm jilqa’ lil dawn l-għalliema fis-settur edukattiv u awguralhom kull suċċess fil-karrieri tagħhom.