It-Tlieta filgħaxija t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien impenjat f’partita oħra minn Grupp B ta’ kwalifkazzjoni għal Kampjonati Ewropej ta’ l-istess kategorija, partita li ntlgħabet fl-Istadium Nazzjonali f’ Ta’ Qali u kienet ikontrollata mir-referi tal-Latvja Edgars Maļcevs.
L-Skozzja marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti meta kien Ewan Wilson li tefa’ kross fil-baxx u d-difersur Matthias Ellul fit-tentattiv li jttajar l-ballun kellu l-isfortuna li jitfa l-ballun wara il-goalkeeper Matthias Debono.
Malta wetqet reazzjoni fl-azzjoni li segwiet minuta biss wara meta kien Mattia Veselji li avvanza fuq l-ġirja, bil-goalkeeper Skoċċiz Cieran Slicker ħareġ barra minn postu u kkometta foul fuq lis-stess Veselji. Mill-freekick ta’ Dylan Scicluna, d-difiża opposta li begħdet kull periklu.
Fid-9 minuta l-Skoċċizi għamlu l-iskor 2-0 meta freekick ta’ Lennon Mirror, sab ezatt lill-Dane Murray li b’konkluzzjoni bir-ras tefa’ il-ballun fix-xibka.
Fis-17 il-minuta l-iskor sar 3-0 meta wara pass bejn Matthias Debono u Dylan Scicluna, dan tal-aħħar kellu pass diffetuż, bl-skoċċiżi eventwalment rebħu l-pusses u wara taħwida fil-kaxxa kien Josh Mulligan li tefa’ fil-lasti Maltin.
Fil-21 minuta wieġbet Malta permezz ta’ freekick fit-tul li wasal għand Basil Tuma li naqas milli jikkontrolla u pront kien l-goalkeeper Skoċċiz li ħareġ u evita kull periklu.
Malta għal-darboħra resqet qrib fis-26 minuta meta wara azzjoni tajba, Andrea Zammit minn gol-kaxxa tefa’ kross fil-baxx li sab ezatt lil Basil Tuma li kellu l-konkluzzjoni tiegħu minn taħt l-lasti tispiċċa barra.
Ħames minuti minn tmien l-ewwel taqsima reġgħu l-Maltin meta wara diversi tentattivi fil-kaxxa avversarja l-ballun spiċċa għand Basil Tuma li xxutja u ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Skoċċiz li salva.
Fit-tieni taqsima kienu l-Maltin l-ħolqu l-ewwel azzjoni fis-46 minuta meta ċans ta’ Dylan Scicluna lkien salvat bla problemi mill-goalkeeper Skoċċiz.
Fi-56 minuta l-Skozzja għamlu l-iskor 4-0 meta kien s-sostitut Daniel Kelly li provda il-kross u Lennon Miller mingħajr ebda problemi bir-ras ikkonkluda fix-xibka.
Għaxar minuti wara u kienu Malta meta wara azzjoni fit-tul, kien Basil Tuma li avvazna fuq l-girja u tawwal xi ftit l-ballun u appena daħal fil-kaxxa kellu kuntatt ma’ difensur oppost qabel waqa’ fil-kaxxa, bir-referi għazel li jħalli l-logħob għaddej.
Fis-70 minuta Malta kienet sfortunata meta laqtet il-lasta meta minn korner ta’ Andrea Zammit l-ballun intemm għand Andrew Borg li ra l-konkluzzjoni sabiħa tiegħu tispicca mal-lasti, b’Dylan Scicluna li ra ċ-ċans tiegħu jgħaddi barra.
Fit- 82 minuta l-iskor sar 5-0 favur l-Skozzja meta kien Lennon Miller li tefa’ kross b’saħħtu, bid-difiża Maltija naqset milli tbiegħed il-periklu u Lewis Nillson kkonkluda fix-xibka mingħajr wisq diffikulta.
Skor Finali – Malta 0-5 Skozzja
Ritratt : MFA / Timmy Cutugno