Ftit qabel is-sebgħa ta’ dalgħodu, ġie rrapportat lill-Pulizija li ħanut tal-Convenience, li jinsab fi Triq San Pawl, il-Belt, kien qed jaqbad.
Waqt li fuq il-post marru ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija, fost l-oħrajn, l-aċċident wassal biex jiġu evakwati bosta residenzi, li jiċċirkondaw il-ħanut, bħala prekawzjoni għas-saħħa u s-sigurtà tan-nies.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, is-Sindku tal-Belt Olaf McKay qal li, wara li għamel kuntatt dirett mal-Pulizija, ġie informat li n-nirien li ħakmu l-ħanut ġew ikkontrollati u, b’xorti tajba, ħadd ma weġġa’.
Stqarr kif b’ħidma li qed issir mal-etitajiet ikkonċernati, qed issir ħidma biex wara li anke titlesta l-investigazzjoni neċessarja, jibda anke t-tindif u evalwata xi ħsarat li setgħet saret fl-infrastruttura u servizzi.