Huwa rrelevanti li issa l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, qed jgħid li mhux se jibqa joffri s-servizzi tiegħu lid-DB Group b’rabta mal-proġett li se jsir fuq l-art tal-ITS f’San Ġiljan. Agħmel din id-dikjarazzjoni l-Ministru Konrad meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Il-Ministru Mizzi fisser kif issa l-kuntratt huwa ffirmat u għalhekk hija għal kollox inutli d-dikjarazzjoni ta’ Mario De Marco li mhux se jibqa’ joffri s-servizzi tiegħu lid-DB Group wara li daħal fil-kuntratt klawsola klawsola.