It-trabi fl-isptarijiet fl-Afganistan, qed imutu bil-ġuħ.
Irrapporta dan is-sit awtorevoli BBC, fejn intqal li qed imutu ħafna trabi kawża tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.
F’każ partikolari, omm tilfet sitt itfal, li lkoll mietu qabel ma għalqu tliet snin – b’tifla oħra li qed tissielet għal ħajjitha.
Din it-tarbija, bl-isem ta’ Bibi Hajira, għandha 7 xhur, iżda għadha qies ta’ tarbija tat-twelid, kawża ta’ malnutrizzjoni.
Fil-fatt, is-sit irrapporta, kif din it-tarbija hija biss waħda minn 3.2 miljun, li jgħixu b’dawn il-kundizzjonijiet.
Ġie rraportat kif f’seba’ sodod, hemm tmintax-il tarbija, li ebda minnhom ma tagħmel ħoss, hekk kif huma wisq dgħajfa.
700 tifel u tifla tilfu ħajjithom f’dawn l-aħħar sitt xhur fl-Isptar, jiġifieri aktar minn tlieta kuljum – skont id-Dipartiment tas-Saħħa tat-Taliban.
Sal-2021, il-pajjiż kien jingħata fondi internazzjonali sabiex isostni s-sistema tas-saħħa tiegħu – b’dawn il-fondi jitwaqqfu kawża ta’ sanzjonijiet internazjonali.