Dalgħodu, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fakkret il-jum storiku ta’ Jum il-Vitorja.
Dan hekk kif poġġiet kuruna tal-fjuri f’riġlejn il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.
Sadanittant, dalgħodu wkoll, fil-Kappella ddedikata t-Twelid tal-Madonna fil-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu, ġiet ikkonċelebrata quddiesa mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
Din il-kappella ġiet irrestawrata u dan il-proġett ġie inawgurat ftit tal-jiem ilu.