Joseph Campagno nżamm arrestat wara li ġie mixli fil-Qorti li għajjar, hedded u ħebb għal żewġ uffiċjali tal-LESA f’Birkirkara waqt li kien fis-sakra.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Francesca Calleja, spjegat kif l-inċident seħħ il-Ħamis li għadda fejn allegatament ir-raġel beda jgħajjat u jhedded liż-żewġ uffiċjali għax skontu kienu qed jimblukkaw it-triq.
Intqal li l-akkużat kien fis-sakra u għalhekk kien diffiċli biex jikkontrollawh.
Fil-fatt intqal kif wieħed mill-uffiċjali sofra ġrieħi ħfief. Ġie spjegat ukoll li l-istess uffiċjal deher minn kameras tas-sigurtà il-ħin kollu mal-imputat imbagħad imbuttah.
Compagno wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.