Fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza se jittella’ kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Dan il-kunċert li se jkun taħt il-patroċinju tal-President Myriam Spiteri Debono, se jsir fil-21 ta’ Settembru li ġej, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta u d-dħul se jkun kollu bla ħlas.
ġie spjegat li fid-dawl ta’ dan l-anniversarju, il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ħejjiet dokumentarju speċjali.
Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra tkellem dwar l-aspett edukattiv u aċċessibbli fir-rigward ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Semma fost oħrajn li mill-ġdid qed jintwera wkoll il-filmat ta’ Jum l-Indipendenza fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, li kien parti minn kampanja edukattiva mtella’ minn Festivals Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta Frans Agius spjega li dan il-kunċert f’Jum l-Indipendenza se jara s-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Michael Laus, bil-parteċipazzjoni tal-mezzo sopran Marvic Monreal.
Il-Ministru Bonnici esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-organizzazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti kommemorattivi li jfakkru mument storiku mill-iktar importanti fil-ġrajja ta’ pajjiżna.
Sostna dwar l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti li mhux biss ifakkru l-imgħoddi, iżda jgħinu biex il-ġenerazzjonijiet preżenti japprezzaw u jifhmu l-valur tal-għaqda u l-identità nazzjonali.