Sewwieq ta’ mutur ta’ 37 sena residenti r-Rabat, Għawdex weġġa’ gravi wara ħabta bejn vann u mutur fir-Rabat stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin ta’ filgħodu fi Triq Fortunato Mizzi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu D Max misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, u Kentoya misjuq mir-raġel.
Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.