Illum bejn id-9am u nofsinhar, se ssir l-votazzjoni bikrija għall-karigi amministrattivi fil-Partit Laburista.
Din se ssir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Fil-votazzjoni tal-lum se jivvotaw dawk li rreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista, hekk kif ma jistgħux jivvotaw fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta’ Settembru.
Il-karigi amministrattivi li għalihom se jivvotaw id-delegati tal-partit huma dawk ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Deputat Mexxej Affarijiet tal-Partit, President tal-Partit Laburista, Viċi President, Segretarju Internazzjonali, Segretarju Organizzattiv u tnax-il membru ordinarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali.