Sal-aħħar ta’ din is-sena, l-aġenzija Project Green se tkun bdiet xogħlijet fuq iktar proġetti.
B’dawn jinkludu l-Park tal-Ħsad tal-Ilma tax-Xita, f’Għajnsielem, Għawdex u l-Ġnien William Harding, f’Pembroke.
Dan tħabbar f’kitba fuq il-midja soċjali minn din l-aġenzija governattiva.
Il-ġnien f’Pembroke mistenni jitlesta sal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, waqt li l-park f’Għajnsielem mistenni jkun lest f’nofs is-sena 2026.
Project Green qalet li dawn il-proġetti se jkomplu jsaħħu l-ispazji ekoloġiċi u rikreattivi f’pajjiżna.
B’dawn se jipprovdu ambjent sostenibbli u aċċessibbli għat-tgawdija tal-familji u l-komunitajiet.