Is-Supretendenza tal-Wirt Kulturali skopriet amfora qadima, li kellha madwar 2,000 sena u nstabet minn għawwiem f’bajja f’San Pawl il-Baħar.
Dan tħabbar mill-entità governattiva, fejn intqal li meta nstabet, għall-ewwel kien suspettat li hi apparat splussiv u ssejħet minnufih it-Taqsima tal-Explosive Ordnance Disposal fi ħdan iaForzi Armati ta’ Malta bil-għan li ttella’ dan l-oġġett minn qiegħ il-baħar, b’mod sigur.
L-amfora ġiet trasferita għall-laboratorju ta’ konservazzjoni tas-Sovritendenza, fejn bħalissa qed jitneħħielha l-melħ tal-baħar.
L-arkeologi u l-konservaturi tal-entità se jkomplu jistudjaw l-amfora biex jitgħallmu aktar dwar l-oriġini u s-sinifikat tagħha.
Kitba ta’ Gabriel Portelli