Mill-iskeda l-ġdida ta’ ONE, is-segwaċi ta’ dan l-istazzjon ser isegwu programm ġdid; BIL-FATTI.
B’mod kurrenti u f’xandira diretta mill-istudios ta’ ONE, il-koppja ta’ preżentaturi dinamika Dorian Cassar u Claudia Cuschieri ser jitrattaw diversi temi; minn politika għal ġrajjiet kurrenti, stejjer umani u kultura.
L-informazzjoni titwassal fi sfond lokali u internazzjonali b’analiżi, dibattiu u interattivita’ mat-telespettaturi.
BIL-FATTI ser ikun wieħed mill-programmi l-ġodda ta’ kuljum ta’ ONE mill-ħarifa.