Is-sajf ta’ din is-sena huwa l-aktar sħun li qatt ġie rreġistrat madwar id-dinja kollha.
Dan ħareġ minn studju mill-Uffiċċju responsabbli mit-Tibdil fil-Klima tal-Unjoni Ewropea.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li madwar il-kontinent Ewropew, it-temperaturi kienu għola b’aktar minn wieħed grad Celsius u nofs.
Skont dan l-uffiċċju Ewropew qed ikun imbassar li din is-sena, l-2024 se tkun l-aktar sena sħuna.
B’dan ifisser li din is-sena, se jinkiser ir-rekord ta’ sħana rreġistrat is-sena l-oħra.