It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U19 spiċċa fl-14-il post tal-kampjonat ewropew meta l-Ħamis filgħodu safa’ megħlub minn Franza bl-iskor ristrett ta’ 9-8. It-team malti kien qed jilgħab il-finali għat-13/14 -il post, logħba li fiha l-maltin bdew ħażin u rkupraw fit-tieni parti tagħha.
It-team malti tilef l-ewwel żewġ sessjonijiet bl-iskor ta’ 3-1 u 5-2 rispettivament. Il-maltin rebħu ż-żewġ sessjonijiet ta’ wara 2-1 u 3-0.
L-iskorers għat-team malti kienu: Alec Fenech (4 goals), Jayden Cutajar u Jake Cachia (2 goals).
(Photo Credit: @euro.waterpolo)