Dymtro Kuleba rriżenja minn Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna.
L-Ispeaker tal-Parlament Ukren qal li huwa rċieva l-ittra ta’ riżenja mingħand Kuleba u se tkun diskussa fis-seduta li jmiss tal-Parlament.
Kuleba kien ilu Ministru għal dawn l-aħħar erba’ snin, fejn kien membru ewlieni tal-Gvern waqt li għaddejja l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Tul dan il-perjodu, Kuleba kellu bosta taħdidiet ma’ bosta mexxejja minn madwar id-dinja biex wassal il-messaġġ tal-Ukrajna, f’dan il-perjodu.