Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-gazzetta tiegħu ‘Il-Mument’ kompla jippersisti fil-fake news anki wara li ħareġ li allegata sitwazzjoni kienet fost oħrajn intqalet minn persuna b’fake profile fuq il-midja soċjali.
Il-każ huwa dwar il-mewta traġika ta’ Stephen Mangion fejn anki fit-Times ġie rappurtat li xi ħadd bl-isem ta’ account ta’ Manuel Debono allega li Mangion daħal l-Emerġenza b’uġigħ f’sidru u ntalab jistenna.
Was claim posted by fake Facebook profile?
Mangion’s death prompted outrage on social media following claims that he was made to wait at Mater Dei after complaining of chest pains. At least one of those claims is now under scrutiny.
On Facebook group Il-Kotra, a profile named Manuel Debono claimed to have witnessed Mangion entering the emergency department, approaching reception and complaining of chest pains, but being told to wait.“He walked out, fell to the ground and died in the waiting area… it was then that they ran up to him and took him inside, but he died!”, the man exclaimedTimes of Malta was unable to trace Debono’s profile and sources close to the inquiry say they believe the Facebook profile has been deleted. Investigators believe that the message may have been posted from a fake profile and the police’s cybercrime unit has been asked to look into profiles like Debono’s.
Dan l-account tħassar u qed isiru l-investigazzjonijiet anki wara li dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u inkjesta indipendenti li qed tistħarreġ kif maħtura mill-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela.
Iżda l-gazzetta l-Mument kompliet tippersisti f’dak li ntqal mill-fake profile.
Dwar il-każ, anki l-familja talbet rispett u biex il-każ tal-mewt traġika ta’ Mangion ma tintużax bħala ballun politiku.
Dan sigħat wara li l-Partit Nazzjonalista permezz tad-Deputati Adrian Delia u Ian Vassallo Hagi għamlu konferenza tal-aħbarijiet b’messaġġi politiċi partiġġjani.
L-attakk kien beda wkoll minn Jason Azzopardi, li allega b’mod falz li r-raġel b’uġigħ f’sidru mar iċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana u ntalab imur minn jeddu bil-karozza l-Emerġenza fl-isptar Mater Dei.
Initial investigation
According to police sources, a preliminary investigation into the incident at Mater Dei shows Mangion went “voluntarily” to the hospital at 8.30pm because he was not feeling well.
Meta fil-fatt mill-ewwel stħarriġ preliminari rriżulta diġà li dan ma kienx minnu.