It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U19 tal-irġiel tilef it-tieni logħba tiegħu mill-kampjonat ewropew li qed isir il-Bulgarija. It-team malti safa’ megħlub mit-Turkija bl-iskor ta’ 12-9.
Il-maltin bdew tajjeb hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni 3-2. Iżda l-avversarji irreaġixxew meta rebħu t-tliet sessjonijiet ta’ wara 2-1, 5-3, 3-2.
Il-goals tal-maltin waslu minn: Kieyan Borġ (3 goals), Dean Buġeja & Alec Fenech (2 goals), Jayden Cutajar & Elijah Schembri (1 goal).
L-aħħar logħba ta’ Malta minn grupp Ċ issa tkun għada fit-08.00 kontra Franza.
(Photo Credit: @euro.waterpolo)