Ħu r-Re Karlu III, id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Edward, flimkien ma’ martu, id-Dukessa Sophie, se jkunu f’pajjiżna bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-60 anniversarju mindu Malta saret indipendenti.
Dan tħabbar mill-Gvern Malti, f’kitba fuq il-pjattaforma soċjali X, fejn intqal li huma se jżuru pajjiżna bejn is-7 u l-10 ta’ Ottubru li ġej.
Il-Prinċep Edward hu ż-żgħir minn ulied ir-Reġina Eliżabetta II u d-Duka Philip u allura mill-aħwa tar-Re attwali Karlu III.
Malta ħadet l-indipendenza nhar il-21 ta’ Settembru tal-1964, wara 164 sena ta’ ħakma kolonjali Britannika.