Fl-Ingilterra, Tom Kane minn Southampton rebaħ is-somma ta’ £1,000,000 wara rnexxielu jaqta’ b’mod eżatti sitt riżultati mill-aħħar rawnd tal-Premier League Ingliż.
💰 𝐈𝐓'𝐒 𝐅𝐈𝐍𝐀𝐋𝐋𝐘 𝐇𝐀𝐏𝐏𝐄𝐍𝐄𝐃! 💰
— Super 6 (@Super6) September 1, 2024
SIX CORRECT SCORES! 🙌
Indications suggest that #Super6 has just made one lucky player a millionaire! 💰 pic.twitter.com/wrGMOpjeF4
L-isfida, bl-isem ta’ ‘Super 6′, organizzata minn Sky Sports, hi sfida b’xejn fl-Ingilterra li ta’ kull ġimgħa, min jaqta’ sitt riżultati eżatt mill-programm ta’ logħob li se jkunu qed jintlagħbu fil-Premier League Ingliż, jerbaħ is-somma jackpot li jkun hemm disponibbli.
Are you Tom from Southampton – and have you just nailed six correct scores?! 😅
— Super 6 (@Super6) September 1, 2024
Keep your mobile phone handy – you're about to receive the phone call of a lifetime 🙌
Repost this so Tom sees it! 🔁 #Super6
Sabiex wasal għal dan il-miljun sterlina, Tom Kane kellu sfida liema bħala. Matul dan il-weekend, hu rnexxielu jaqta’ r-riżultati eżatti fil-logħob ta’ Leicester City kontra Aston Villa, bl-iskor ikun dak ta’ 1-2, fil-parita ta’ 1-1 bejn Nottingham Forest u Wolves, fir-rimonta minn Bournemouth kontra Everton, bl-iskor finali jkun 2-3, fir-rebħa ta’ Manchester City fuq West Ham United, bl-iskor ikun dak ta’ 1-3, fir-rebħa ta’ Newcastle fuq Tottenham, bl-iskor ta’ 2-1, u fir-rebħa konvinċenti ta’ Liverpool fuq Manchester United barra minn darhom bl-iskor ta’ 0-3.