Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd filgħodu mar fuq il-midja tiegħu u qal li jekk hemm bżonn jaqa’ Gvern.
Qal, “U jekk hemm bżonn jaqa’ Gvern.”
Grech kien qed jitkellem dwar l-aħħar attakki li bdew Jason Azzopardi u Robert Aquilina li hu kien kostrett li jsegwi u jirkeb fuqhom, kif diġà ngħad lilu.
Qal, “Għalhekk hemm bżonn kinsa.”
Bernard Grech infexx jattakka lill-Kabinett b’diskors iebes u dwar dan, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni magħruf li jibbaża l-politika cheap tiegħu f’attakki bla bażi.
“Kull ma għandu jagħmel iħares lejn il-mera u jara tax evader professjonali u partit li jibqa’ jopera b’mod illegali. Saħansitra wara estensjoni li ngħatatlu, li lanqas dik ma kellu rispett li jonora”, innota l-Partit Laburista hu u jisħaq li l-attakk ta’ Grech mhuwa xejn għajr wieħed insensat minn dawk li ordnawlu jagħmel hekk inkella jaqlaha.
Il-Partit Laburista qal li minflok, il-Gvern ġab bidliet kbar fosthom dawk soċjali u se jibqa’ ffukat li jindirizza l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tan-nies.
Intant Bernard Grech tkellem dwar Michael Piccinino u kkonferma li kien hu li għażlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tiegħu u issa se jkollu jitlaq għax ta’ madwar Grech, fosthom Claudio Grech, qed jordnawlu li jġib lil Marthese Portelli.
Qal, “Għażiltu biex is-Segretarju Ġenerali tal-PN.”
Imbagħad Bernard Grech semma l-messaġġ li għandu għall-festi tal-indipendenza, l-istess messaġġ eżatt li kellu Simon Busuttil aktar minn għaxar snin ilu, tant li Grech ftaħar li hu ankrat fil-passat.
Qal, “Hu sabiħ li aħna niċċelebraw anki b’nostalġija l-passat.”