Il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard kompla bil-ħidma tiegħu b’diversi laqgħat f’Għawdex, b’taħdidiet ma’ rappreżentanti tal-Gozo Channel, tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali t’Għawdex u Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu.
Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi l-isfidi partikolari t’Għawdex bħala gżira fil-periferija tal-Unjoni Ewropea, primarjament dik tal-konnettività, u kif dawn jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet għal aktar tkabbir sostenibbli.
Dr Daniel Attard spjega kif il-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew se tkun fi ħdan il-Kumitat tat-Trasport u Turiżmu, kumitati li huma fost l-aktar importanti u relevanti għall-gżira Għawdxija.
F’dan il-kuntest, il-Membru Paramentari Ewropew Daniel Attard tenna l-impenn tiegħu li jkun tarka soda għall-interessi t’Għawdex fl-Unjoni Ewropea, mhux biss bid-diskors imma b’koperazzjoni sinċiera u komunikazzjoni konsistenti ma’ dawk kollha li bħall-entitajiet imsemmija, għandhom lil Għawdex f’qalbhom.