Bernard Grech magħruf li jibbaża l-politika cheap tiegħu f’attakki bla bażi. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista. Fl-istqarrija qal li kull ma għandu jagħmel iħares lejn il-mera u jara tax evader professjonali u partit li jibqa’ jopera b’mod illegali, saħansitra wara estensjoni li ngħatatlu, li lanqas dik ma kellu rispett li jonora.
Il-PL qal li l-attakk tal-kap tal-Oppożizzjoni sa dalgħodu stess fuq il-Kabinett ta’ Gvern Laburista mhuwa xejn għajr attakk insensat minn dawk li ordnawlu jagħmel hekk inkella jaqlaha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istqarrija temmet tgħid li Gvern Laburista ġab bidliet kbar fosthom dawk soċjali u se jibqa’ ffukat li jindirizza l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tan-nies.