Il-Prinċipessa Märtha Louise tan-Norveġja żżewġet lil Durek Verrett, b’dan tal-aħħar ikollu l-ilbies tad-disinjaturi lokali Charles & Ron.
Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali kienu d-disinjaturi lokali li żvelaw kif l-ilbies ta’ Verrett u tal-groomsman tiegħu ġie kkummissjonat lilhom
Huma żżewġu f’ċerimonja privata li ttellgħet f’lukanda Geiranger fin-Noverġja, f’tieġ li ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Dan anki minħabba l-fatt li l-magażin Hello! kellu d-drittijiet esklussvi biex jiżvela ritratti tal-koppja qabel u waqt it-tieġ tagħhom. Dan apparti li t-tieġ ukoll attira crew tal-kumpanija Netflix biex jiddokumenta t-tieġ.
Hu mifhum li mat-tliet mija u ħamsin ruħ kienu preżenti nkluż diversi ċelebritajiet internazzjonali.