Rapporti fil-midja qed jgħidu li aktar kmieni dalgħodu, raġel instab mejjet fuq bankina fi Triq il-Karmnu f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija kkonfermaw ma’ ONE News li l-każ seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għalkemm il-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa, il-Pulizija qalulna li x’aktarx, miet mewta naturali.
L-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.