Il-Partit Nazzjonalista jaf tajjeb kif Jason Azzopardi jibbaża l-politika tiegħu fuq il-gideb.
Dan ġie nnotat fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn intqal li dan kien ġie nnotat mill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Intqal li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Azzopardi ngħata l-ġenb mill-Partit Nazzjonalista, meta irrealizza li ma kellux bżonn aġent tal-ħażen.
Intqal li l-politiċi li fil-konfront tagħhom Azzopardi reġa’ gideb, diġà ċaħdu kategorikament, iżda l-Partit Nazzjonalista kellu joħroġ stqarrija għax il-kelliema tiegħu jibżgħu li meta ma jagħmlux hekk, l-istess Azzopardi jigdeb fuqhom ukoll.
AQRA AKTAR: