Illum u l-Ħadd li ġej, MMG Promotions se ttella spettaklu ta’ mużika u dawl fit-Teatru Blue Arena, f’Ħaż-Żabbar.
Fi stqarrija ntqal li l-Ġimgħa se ssir edizzjoni oħra tal-80s and 90s Night – lejl iddedikat għall-aqwa diski ta’ din l-epoka li se joffru divertiment kbir lil dawk preżenti.
Diversi DJs rinomati fix-xena li jinkludu lil Pierre B li se jiftaħ, u Alex Grech flimkien ma’ DJ Chris Funky Town eżatt wara se jkunu qed jallegraw lil dawk kollha preżenti. Bibien jiftħu fit-8 ta’ filgħaxija.
Il-milja ta’ dan l-ispettklu tintlaħaq nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fejn id-DJ Internazzjonali u ta’ fama mondjali fil-muzika Trance, Gabriel & Dresden, se jkunu qed jirritorna lura Malta, wara nuqqas ta’ 18-il sena.
L-imħuħ wara diversi kunzunetti kbar bħal ‘Zocalo’ u ‘As The Rush Comes’, se jtellgħu sett ta’ sagħtejn ma’ nżul x-xemx, li żgur se jinżel tajjeb mad-dilettanti ta’ din l-istil ta’ mużika. DJs oħrajn popolari li se jkunu qed idoqqu matul din il-lejla jinkludu lil Tenishia, Clay C, JJoy, Ryz’, u NILL. Bibien għal din l-attivita jiftħu fl-4 ta’ wara nofsinhar.
Iżjed informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-mezzi soċjali, kemm mill-paġna uffiċjali ta’ MMG Promotions.