F’kitba fuq Facebook, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Chris Bonett qal li l-Gvern jixtieq jara Kunsilli Lokali li jkollhom il-kuraġġ li jipproponu lill-awtoritajiet, masterplans li permezz tagħhom il-pjazez prinċipali ta’ pajjiżna jkollhom li-mira li jingħalqu parzjalment f’ċertu ġranet u ħinijiet biex jingħataw lill-pubbliku.
Bonett innota li inutli tippriedka fuq l-ispazji pubbliċi qabel l-elezzjoni u l-ewwel ħaġa li tagħmel wara li hija li tressaq mozzjoni li tmur totalment il-kontra.
Intqal kif Transport Malta tkellmet mas-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Mosta. Hawnhekk ġie spjegat il-pjan tal-Gvern, iżda l-Kunsill wera parir bil-kontra.
Il-Ministru Bonett saħaq li wara kollox huwa l-Gvern li għandu l-aħħar kelma fuq l-immaniġġjar tat-traffiku tal-pajjiż u fejn jinħass li Kunsill Lokali qed jieħu deċiżjoni żbaljata nintervjenu, kif ġara f’dan il-każ. Ħadd ma ġie intimidat.
Huwa ħeġġeġ lill-Kunsill Lokali biex jaħdmu f’dan is-sens u jippreżentaw il-proposti tagħhom.
AQRA AKTAR: