Il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jkun qed isir f’Basel fl-Isvizzera.
Dan tħabbar mill-European Broadcasting Union wara taqbida bejn diversi bliet biex jiksbu d-dritt li jilqgħu id-disgħa u sittin edizzjoni tal-Eurovision f’Mejju li ġej.
Fit-taqtiegħa spiċċat bejn Ġinevra u Basel, it-tielet l-aktar belt popolata fl-Isvizzera.
Il-Eurovision li ġej se jsir fit-13, 15 u 17 ta’ Mejju, bl-ewwel żewġ serati jkunu semi-finali u l-aħħar serata tkun il-final tal-Eurovision Song Contest 2025.
Il-biljetti se jkunu qed jinbiegħu aktar tard din is-sena.
Din is-sena Il-kantant Nemo, fl-età ta’ 24 sena, rebaħ il-Eurovision Song Contes permezz tal-kanzunetta ‘The Code’. Huwa rnexxielu jġib 591 punt biex għolla it-trofew ta’ dan l-akbar avveniment mużikali fl-Ewropa, li ta’ kull sena jkun segwit minn miljuni ta’ nies.
Ġie nnutat ukoll kif il-kantant Svizzeru huwa l-ewwel rebbieħ fl-istorja tal-Eurovision li jidentifika bħala non-binary.
Fit-tieni post u bl-aktar voti mill-pubbliku ġiet il-Kroazja.
Segwew imbagħad, l-Ukrajna, Franza u Iżrael.