F’Renju Unit, żagħżugħ ta’ 17-il sena nstab ħati li qatel tfajla, bl-isem ta’ Holly Newton ta’ 15-il sena.
Il-każ imur lura għal Jannar tas-sena l-oħra, f’Hexham, fit-Tramuntana tar-Renju Unit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li dan l-omiċidju seħħ wara li l-akkużat segwa lill-vittma, wara li spiċċat mill-iskola.
Newton inqatlet b’36 daqqa ta’ sikkina mill-akkużat, li dak iż-żmien kellu 16-il sena.
Is-sentenza se tingħata aktar tard din is-sena.