Għoxrin kelb ġew konfiskati minn residenza privata f’Birkirkara hekk kif allegatament kienu miżmuma fi stat ħażin.
F’kitba fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ikkundannat bl-ikrah kull tip ta’ moħqrija fuq l-annimali.
Hi tenniet li l-Gvern se jibqa’ jaħdem sabiex min iwettaq reati ta’ maltrattament fuq l-annimali, biex jiġi mwaqqaf u mressaq quddiem l-istituzzjonijiet kompetenti biex iħallas piena t’għemilu.
Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said irringrazzjat lill-ħaddiema kollha tal-Animal Welfare u l-EPU tal-Korp tal-Pulizija, li kellhom x’jaqsmu ma’ dan is-salvataġġ.