Mill-Ħamis sal-Ħadd li ġejjin fi Ġnien Laparelli fil-Belt se ssir it-tielet edizzjoni ta’ Pinta Valletta Beer Festival, bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, permezz ta’ VisitMalta.
L-avveniment se jiġbor fl-istess post mat-300 tip differenti ta’ birra lokali u internazzjonali.
Jum qabel tibda din l-attività, kienu għaddejjin l-aħħar preparamenti biex il-Maltin u t-turisti jgawdu xi pinta f’atmosfera mill-isbaħ.
F’konferenza tal-aħbarijiet, l-organizzatur tal-festival, Jonathan Pace, spjega li dan l-avveniment jiftaħ bi prestazzjoni mużikali minn tribute band tal-Guns N’ Roses.
Tul dawn l-erbat ijiem se jkun hemm mużika minn kantati lokali u anke internazzjonali.
Pinta Beer Festival jibqa’ għaddej sal-Ħadd, l-1 ta’ Settembru, bejn is-sitta ta’ filgħaxija u nofsillejl.