Nhar is-Sibt, 24 ta’ Awwissu, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baseball u s-Softball organizzat is-Serata ta’ Premjazzjoni għall-istaġun 2023/24.
L-avveniment irrikonoxxa l-aqwa plejers kemm fil-Baseball kif ukoll fil-Slowpitch Softball, filwaqt li gew ippremjati plejers b’kisbiet eċċellenti fil-kampjonati.
Fil-kategorija tal-Baseball, il-premjijiet tqassmu kif ġej:
Best Fielder: Jorge Acosta
Most Valuable Player: Keith Bartolo
Premju Ray Bartolo għal Fair Play: Owen Harnden
Pat Pace Award għall-Aħjar Power Hitter: Efrain Deyan, ippreżentat minn bint Pat Pace, Kristina Pace.
Għal Slowpitch Softball, l-unuri marru għal:
Rookie tas-Sena: Gustavo Alvarez
L-Aqwa Fielder: Diego Scuro
L-Aqwa Hitter: Daniele Palumbo
Most Valuable Player: Michael Bartolo
Il-Malta Baseball and Softball Association tirringrazzja lil kull min attenda għall-attività u tifraħ lir-rebbieħa kollha li ġew ippremjati.