Fi tmiem il-ġimgħa il-weightlifters maltin Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana ħadu sehem fl-International Weightlifting Women’s Grand Prix f’Baden l-Awstrija. Huma kienu fost bosta weightlifters minn 16-il pajjiż differenti.
Kim Camilleri Lagana għamlet refa’ ta’ 67kg fl-Snatch u 86kg fil-Clean and Jerk. Hija kellha total ta’ 153kg, 2kg aqwa mill-aħjar refa’ personali. Hija temmet fl-ewwel post overall fil-kategorija Uq27 u t-tieni fis-Seniors 55kg class.
Tenishia Thornton ikkompetiet fl-64kg. Hija għamlet it-tliet tentattivi Snatch u temmet bi 88kg. Fil-Clean and Jerk, Thornton bdiet b’106kg, segwita minn 109kg u 112kg.
Hija kellha total ta’197kg. B’dan ir-riżultat Thornton spiċċat fl-ewel post fil-kategorija Seniors 64kg, l-ewwel fil-Junior division u t-tielet fis-Seniors.
Din il-kompetizzjoni kienet important għaż-żewġ weightlifters hekk kif qed jippreparaw għall-World Junior Championships ta’ Settembru li ġej fejn magħhom jingħaqad Rylee Borg.