Il-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi li ser iseħħ bejn it-28 ta’ Awwissu u t-8 ta’ Settembru 2024 se jixxandar esklussivament fuq TSN. Matul il-Logħob, il-partitarji tal-isports jistgħu jsegwu l-azzjoni kollha fuq il-kanali TSN kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-servizz ta’ catch up sa 7 ijiem.
Il-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024 se jara aktar minn 4,000 atleta minn madwar id-dinja jikkompetu f’549 avveniment tal-midalji f’madwar 22 sport. Bħal fil-Logħob Olimpiku diġà konkluż, ħafna mill-avvenimenti se jsiru f’uħud mill-aktar monumenti emblematiċi f’Pariġi, inklużi t-Torri Eiffel u ċ-Chateau de Versailles.
Dr Julian Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku ta’ Malta u Chef de Mission għal-Logħob, qal “Ix-xandir ta’ TSN tal-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024 huwa pass ieħor ‘il quddiem għall-komunità tal-Isport Paralimpiku lokali u juri s-saħħa tal-Logħob li jferraħ, jeċita. u jispira lill-partitarji. Qed inresqu l-Logħob eqreb lejn darhom u, għall-ewwel darba, tista’ ssegwi it-tim Malti fuq TSN. Lestu għal ġimagħtejn ta’ kontenut sportiv bla konfront għal dak li jwiegħed li jkun logħob ikoniku u li jagħmel l-istorja.”
Simon Poljsak, Senior Manager – Strategy, Products & Business Development ġewwa Melita, żied jgħid, “TSN ikompli joffri għażla bla konfront ta` l-aqwa azzjoni lill-partitarji tal-isport f’Malta. Iż-żieda tal-Logħob Paralimpiku mal-iskeda tagħna dan is-sajf mhux biss isaħħaħ l-impenn tagħna biex inwasslu prodott mill-aqwa iżda jenfasizza wkoll it-twemmin tagħna fil-kapaċità tal-isports biex tiżdied l-inklussività. Jien ċert li l-partitarji tal-isport se jkunu ħerqana li jsegwu l-azzjoni kollha minn Pariġi.”
TSN, l-aqwa pakkett tal-isports tat-TV fl-Ewropa, huwa disponibbli għall-klijenti ta’ Melita bħala parti mill-Pakketti tat-TV tagħha li jinkludu aktar minn 100 kanal interattiv.