Il-Kanada se tintroduċi tariffa ta’ mija fil-mija tal-valur fuq vetturi elettriċi importati miċ-Ċina.
B’hekk il-Kanada qed timxi wara l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea li wkoll imponew taxxi fuq vetturi elettriċi miċ-Ċina.
Dan apparti, li l-Kanada ħabbret tariffa ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fuq azzar u aluminium impurtat miċ-Ċina.
Dawn id-dazji se japplikaw ukoll fuq vetturi Amerikani Tesla, li jkunu manifatturati fiċ-Ċina, skont uffiċjal tal-Gvern Kanadiż.
Il-ħsieb wara dawn it-tariffi huwa simili għal dak li ngħata minn pajjiżi oħra, dak li permezz tagħhom is-suq intern ikun prottet mill-kapaċità żejda ta’ vetturi Ċiniżi li jistgħu iwaqqgħu l-prezz b’mod drastiku tant li jkollhom vantaġġ ekonomiku fuq vetturi manifatturati f’postijiet oħra.