Omm u oħt il-kantanta Mariah Carey, Patricia u Alison mietu fl-istess ġurnata.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa minn Carey fejn qalet li għandha qalba maqsuma għal dak li ġralha. Hija qalet ukoll kif kellha l-opportunità tqatta’ ħin m’ommha qabel mietet. Hi kellha 87 sena u wkoll kienet kantanta. Oħta, Alison ħalliet din id-dinja fl-għomor ta’ 63 sena.
Informazzjoni dwar il-kawża tal-mewt tagħhom ma kinitx żvelata.
Carrey appellat għall-privatezza f’dan iż-żmien diffiċli.