Anzjan ta’ 79 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart fi Triq il-Qawra.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjan għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Passo b’konsegwenza li seħħ impatt ma’ vann Toyota Coaster misjuq minn raġel ta’ 53 sena residenti
San Pawl il-Baħar.
Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u l-anzjan ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.