Tħabbret il-mewt ta’ Sven-Göran Eriksson fl-età ta’ 76 sena wara snin jiġġieled kontra il-kanċer.
Fost il-kisbiet tiegħu fil-qasam tal-futbol, Eriksson żgur se jibqa’ magħruf l-aktar bħala l-maniġer tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra.
Huwa kien l-ewwel maniġer mhux Ingliż li nħatar f’dan il-post, hekk kif huwa mill-Isvezja.
Eriksson kien il-maniġer tat-tim Ingliż fiż-żmien meqjus bħala l-“Golden Generation” mill-2001 sal-2006.
Fi Frar tas-sena li għaddiet, Eriksson irreżenja mill-post ta’ direttur sportiv minn mat-tim Svediż, Karlstad, minħabba saħtu.