L-Istat Iżlamiku, permezz ta’ stqarrija, qal li suldat fi ħdanha u membru tagħha wettaq l-attakk permezz ta’ sikkina, li seħħ fil-Ġermanja, u li ħalla xi persuni mejta, bħala tpattija, għall-Musulmani, fil-Palestina u kullimkien.
Dan l-attakk fuq grupp ta’ Kristjani, fil-belt ta’ Solingen fil-Punent tal-Ġermanja, ħalla tliet persuni mejta u erbgħa oħra li ndarbu serjament.
Il-Pulizija Ġermaniża, qalet li ġew arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ dan il-każ – fosthom tifel ta’ 15-il sena.
Waqt dan il-festival, magħruf bħala l-‘Festival tad-Diversità’, eluf ta’ persuni nġabru, sabiex jiċċelebraw is-650 anniversarju tar-raħal.
Il-kumplament tal-Festival tħassar wara li seħħ dan il-każ.