Fl-Afganistan, it-Taliban għadda liġi, li tgħid li n-nisa, ma jistgħux iħarsu lejn irġiel li ma jiġux minnhom, jitkellmu jgħajtu, jkantaw jew jaqraw il-Quran fil-pubbliku.
Dawn il-liġijiet, jgħidu wkoll li n-nisa jridu jgħattu ġisimhom u wiċċhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn meta t-Taliban ħa kontroll tal-Afganistan, tliet snin ilu, id-drittijiet fil-pajjiż, partikolarment dawk tan-nisa, marru lura ħafna.
Dan ir-reġim fost l-oħrajn, għalaq l-universitajiet u ġiegħel lin-nisa jitilqu mill-impjieg tagħhom, minbarra li llimita l-postijiet fejn jistgħu jmorru n-nisa, x’jistgħu jilbsu, u l-aċċess għall-kura medika.