Il-Pulizija fin-Nofsinhar ta’ Franza qed tinvestiga splużjoni f’Sinagoga li qed tiġi deskritta bħala attakk terroristku.
L-isplużjoni seħħet wara li żewġ karozzi barra s-sinagoga fil-belt resort ta’ La Grande-Motte ħadu n-nar.
Mill-investigazzjoni ħareġ li f’waħda mill-karozzi kien hemm gass moħbi. Il-midja Franċiża qed tgħid li r-raġel li allegatament wettaq dan l-attakk, inqabad minm kameras tas-sigurtà jagħti n-nar liż-żewġ karozzi waqt li jżomm bandiera Palestinjana u arma li kienet tidher donna pistola.
Il-mexxej tal-komunità Lhudija Yonathan Arfi qal li l-inċident kien attentat biex jinqatlu l-Lhud.
Fil-ħin tal-inċident, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu, ħames persuni kienu ġos-sinagoga.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron qal li l-inċident kien att terroristiku.
Iż-żewġ mexxejja qalu li l-forzi tas-sigurtà qed ifittxu lis-suspettat.