Tliet persuni sfaw mejta u erbgħa oħra ndarbu serjament wara li raġel attakka lil diversi nies b’sikkina fil-belt ta’ Solingen fil-Punent tal-Ġermanja.
Dan l-attakk seħħ waqt festival il-Ġimgħa filgħaxija.
Il-Pulizija qalet li għadha qed issir tfittxija intensiva b’aktar minn erbgħin vettura u ħelikopter madwar il-belt biex jinqabad l-allegat aggressur.
Siti internazzjonali qed jirraportaw li r-raġel allegatament beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lil dawk in-nies li kienu għaddejjin minn quddiemu.
Wieħed mill-organizzaturi tal-festival tenna kif it-tim tal-emerġenza bdew jissieltu mal-ħajja ta’ disa’ persuni, u dawk li sfortunatament tilfu ħajjithom kien għall-fatt li l-allegat aggressur tagħhom daqqa ta’ sikkina f’għonqhom.