Fin-nofsinhar ta’ Melbourne fl-Awstralja, fetaħ ristorant bl-isem ta’ Nanna’s Place, li se jkun qed iservi ikel Mediterranju, fosthom ikel tradizzjonali Malti.
Dan ir-ristorant, se jservi wkoll ikel Spanjol, Taljan, Grieg.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost l-ikel tipiku Malti, dan ir-ristorant se jservi Stuffat tal-Fenek, Braġjoli, Pulpetti, Pastizzi, Imqaret u Pudina.
Dan minbarra li pajjiżna kien l-ispirazzjoni wara dan ir-ristorant – b’gallarija u bibien tradizzjonali Maltin, isem Malti, u bandiera Maltija fost l-oħrajn.