Instab is-sitt katavru u l-aħħar wieħed, tal-persuni li kienu abbord il-jott lussuż ’il barra mill-kosta ta’ Sqallija. B’dan il-katavru hu maħsub li hu dak ta’ Hannah Lynch, żagħżugħa ta’ 18-il sena.
Hannah kienet l-aħħar persuna li kienet għadha ma nstabitx wara li ħakmitu tromba tal-baħar. S’issa, ħames katavri, fosthom dak ta’ missier Hannah, l-imprenditur tat-teknoloġija Mike Lynch, diġà nstabu fuq il-jott mill-għaddasa, fejn jinsab f’qiegħ il-baħar f’fond ta’ madwar 50 metru.
Fil-ħin ta’ dan l-inċident kien hemm 22 persuna abbord il-jott, fosthom tifel ta’ sena u omm Hannah, Angela Bacares, li fortunatament salvaw.
Rapporti fl-Italja tkellmu ukoll dwar il-fatt jekk tittiħidx d-deċiżjoni dwar jekk jittellax il-jott mgħarraq minn qiegħ il-baħar jew le, fejn il-Gwardja tal-Kosta Taljana qalu li bħalissa din “mhix fuq l-aġenda”, iżda se tkun fil-futur.
L-għaddasa, li qed jaħdmu bħala parti mit-tim ta’ tfittxija u salvataġġ, iddeskrivew lill-jott bħala “prattikament intatt”.
PA Media – BBC